PUBBLIKAZZJONIjiet
LAPSI: l-annwal tal-knisja l-antika ta' san ġiljan ospitalier
Sa mit-tnedija tagħha fl-2008, il-pubblikazzjoni Lapsi: l-Annwal tal-Knisja l-Antika ta' San Ġiljan Ospitalier dejjem żammet mal-għanijiet prinċipali li għalihom twaqqfet, jiġifieri sabiex toffri spazju fejn tiġi ppubblikata riċerka fuq diversi temi, fosthom: aġjografija, liturġija, teoloġija, mużika, arti, storja, tradizzjoni, kif ukoll l-Iskrittura Mqaddsa. Dan kien tabilħaqq l-iskop ta’ Lapsi - mhux li nkomplu nirrepetu dak li nafu u li ilna nisimgħu, lanqas sabiex din tkun mezz ta’ ġbir ta' fondi bħal ħafna pubblikazzjonijiet oħra ta’ dan it-tip, jew bħala ktieb mimli messaġġi mingħand membri ta’ kumitati - iżda li nkomplu l-missjoni li kien beda Dun Anton Sciberras bl-arkivju tiegħu fil-knisja ta’ Lapsi, dak li nirriċerkaw u niġbru tagħrif storiku fuq dak kollu li għandu x’jaqsam ma’ San Ġiljan: il-qaddis, il-lokalità, il-parroċċa u l-knisja li ġġib ismu. Dan minbarra temi oħra aktar ġeneriċi li b'xi mod għandhom konnessjoni ma' dawn l-istess suġġetti.

2024

2023

2022

2019

2018
Edizzjoni Speċjali: 125 Sena Vara

2017

2016
Edizzjoni Speċjali: 125 Sena Parroċċa

2015

2014

2013

2012

2011

2010

2009

2008
PUBBLIKAZZJONIjiet oħra
