IL-Kumitat tal-Għaqda

Artiklu 15 tal-istatut tal-Għaqda Dilettanti Knisja ta' Lapsi, San Ġiljan jistabbilixxi li l-amministrazzjoni ordinarja tal-organizzazzjoni għandha tkun fdata f'idejn il-kumitat tal-Għaqda. Il-kumitat għandu bħala r-rwol primarju tiegħu, iżda mhux uniku, l-amministrazzjoni u l-allokazzjoni tal-fondi miġbura permezz ta’ attivitajiet organizzati mill-Għaqda. Il-kumitat għandu jkun kompost minn mhux anqas minn tliet membri, u mhux aktar minn tmien membri. L-uffiċjali prinċipali tal-kumitat, jiġifieri l-president, is-segretarju, u t-teżorier, jiġu eletti fil-laqgħa ġenerali. Il-karigi l-oħra u min se jokkupahom jiġu deċiżi fl-ewwel laqgħa tal-kumitat wara l-laqgħa ġenerali. Il-membri tal-kumitat eletti jservu għal perjodu ta’ tliet snin u jistgħu jibqgħu jservu għal perjodi simili kemm-il darba jiġu eletti. L-ebda persuna li mhijiex membru tal-Għaqda ma hija eliġibbli li tinħatar membru tal-kumitat.

Kumitat 2023-2025

Charles Pace

President


Niki Papagiorcopulo

Segretarju


Julian Scicluna

Teżorier


Evan Bonello

Membru


Wayne Bonello

Membru


Guido Dalli

Membru


Daniel Mifsud

Membru


Victor Tanti

Membru